The Madonna of the Streets
Mary's Rosaries

Home Page

Contact Us

Make a Payment, Methods of Payment, Refund and Exchange Policies

Rosaries
subpages:

How to Pray the Rosary
subpages:

Pictures Main Page
subpages:

Curriculum
subpages:

Website Terms of Use

License Agreement

Sitemap


The Work of God's Children

 Maltese Rosary Prayers
This language is also known as Malti.
This language is spoken by 300,000 people in Malta.

See also The Work of God's Children page for the illustrated version of prayers in this language.

Ruzarju Imqaddes / It-Talba tar-Ruzarju Mqaddes / The Holy Rosary

Is-sinjal tas-salib /  Sign of the Cross / Signum Crucis
Is-sinjal tas-salib
Fl-Isem tal-Missier, u ta'l-lben, u ta'l-Ispirtu s-Santu.  Amen.

Il-Kredu ta’ l-Appostli / The Apostles' Creed / Credo

Jiena nemmen f'Alla, il-Missier li jista' kollox, li ħalaq is-sema u l-art.

U f'Ġesu’ Kristu l-Iben waħdieni tiegħu, Sidna; li kien ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu; twieled mill-verġni Marija. Bata taħt Ponzju Pilatu; sallbuh, miet u difnuh; niżel f'Ħades. Mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet. Tela' fis-smewwiet, u qiegħed fuq il-leminija t'Alla, il-Missier li jista' kollox. Minn hemm għandu jerġa' jiġi biex jagħmel il-ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin.

Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il-knisja mqaddsa kattolika, ix-xirka tal-qaddisin, il-maħfra tad-dnubiet, il-qawma mill-imwiet, u l-ħajja ta' dejjem. Amen.

Missierna / Our Father / Pater Noster
Missierna li inti fis-smeuuiet, jitkaddes ismec:
tigisaltnatec:
icun li trid int, chif fis-sema hec da fl-art.
Hobzna ta cull jum atina illum; uahfrilna
dnubietna, chif ahna nahfru lil min hata
ghalina; u la 'ddahhalna fit-tigrib, izda
ehlisna mid-deni.
Hecc icun.

Another version of
Missierna / Our Father / Pater Noster
Missierna li inti fis-smewwiet
jitqaddes ismek
tigi saltnatek
ikun li trid int
kif fis-sema hekkda fl-art.
Hobzna ta' kuljum, aghtina llum,
ahfrilna dnubietna
bhalma nahfru lil min hu hati ghalina,
u ddahhalniex fit-tigrib
izda ehlisna mid-deni. Amen.

Another version of
Missierna / Our Father / Pater Noster
Missierna li inti fis-Smewwiet,
jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek,
ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta' kuljum agħtina llum,
aħfrilna dnubietna bħalma
naħfru lil min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda eħlisna mid-deni. Amen.

Another version of
My-ssyrna / Our Father/ Pater Noster
My-ssyrna, li ynt fyssmeuuŷt:  jytquaddes
ysmek: Tygi saltnatek.  Ykûn li trid ynt,
Kef fyssemœ, u fl'art.  Hobzna ylmynhtŷg
atina y Uûm.  U anfrylna djûnnœ, bhalma
ahna nan fru ukyl lyl mydjynin tanna
U la yddahhalnŷuj fytty-grĭb, yzdœ
yhlysna myd-deni.
Amyn.

Another version of
Missierna / Our Father / Pater Noster
Missierna li inti fis smewwiet, jidtqaddes ismek, tigi saltnatek, ikun dak li trid int, kif fis-sema hekda fl-art.
Hobzna ta' kuljum aghtina llum, ahfrilna dnubietna bhal ma nahfru lil min hu hati ghalina, la ddahhalniex fit-tigrib izda ehlisna mid-deni.
Amen.

Another version of
Missierna / Our Father / Pater Noster
Missierna li inti fis-Smewwiet
jitqaddes Ismek tiġi Saltnatek
Ikun li trid Int
Hekk fis-Sema
Kif ukoll fl-Art
Ħobżna ta' kuljum agħtina llum
aħfrilna dnubietna
kif aħna naħfru
'l min hu ħati għalina
la ddaħħalniex fit-tiġrib
iżda eħlisna mid-deni. Amen.
Doxology
[Għax Tiegħek hi s-Saltna,
il-Qawwa u l-Glorja għal dejjem]


Sliema Ghalik Marija / Hail Mary / Ave Maria
Sliem ghalik Marija, bil-grazzja mimlija,
is-Sinjur mieghek,
imbierka inti fost in-nisa
u mbierek il-frott tal-guf tieghek, Gesu.
Qaddisa Marija, omm Alla,
itlob ghalina, midinbin,
issa w fis-siegha tal-mewt taghna. Amen.

Another version of
Sliema Għalik, Marija / Hail Mary / Ave Maria
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija.
Il-Mulej miegħek,
imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla,
itlob għalina, midinbin,
issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen.

Sliema Ghalik Marija / Hail Mary / Ave Maria
Sliema ghalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej mieghek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-guf tieghek Gesu'.
Qaddisa Marija, Omm Alla, Itlob ghalina midinbin, issa, u fis-siegha tal-mewt taghna,
Amen.

Another version of
Is-sliem Ghalik Marija / Hail Mary / Ave Maria
Is-sliem ghalik Marija,
bil grazia mimlija, is-sinjur
meighak, imbierka inti
fost in-nisa w imbierek
il frott tal giuf tieghak,
Gesù.
Qadisa Marija, omm
Alla, itlob ghalina
midinbin issa u fid-siegha
tal mewt taghna.
Amen.


Another version of

Is-sliem Ghalik Marija / Hail Mary / Ave Maria
Is-Sliem ghalik Marija,
bil-grazzja mimlija.
Il-Mulej mieghek,
imbierka inti fost in-nisa,
w imbierek il-frott tal-guf tieghek Gesuc.
Qaddisa Marija, omm Alla,
itlob ghalina midinbin issa,
u fis-siegha tal-mewt taghna.
Amen.

Another version of
Sliema ghalik Marija / Hail Mary / Ave Maria
Sliema ghalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej mieghek, imbierka inti fost in-nisa', u mbierek il-frott tal-guf tieghek, Gesu'.
Qaddisa Marija omm Alla,  itlob ghalina midimbin, issa u fis-siegha tal-mewt taghna, Amen.

Glorja / Glory Be to the Father / Gloria Patri
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa w dejjem,
u jibqa' ghal dejjem ta' dejjem. Amen.

Another version of
Glorja / Glory Be / Gloria Patri

Glorja lil Missier u lil Iben u lil Ispirtu Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u għal dejjem ta' dejjem, Amen.

Another version of
Glorja / Glory Be / Gloria Patri
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa ghal dejjem ta' dejjem.
Amen.

Another version of
Glorja / Glory Be / Gloria Patri
Glorja lill-Missier, 'l-Iben u 'l-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' ghal dejjem ta' dejjem. Amen.


Marija Santissima

Marija Santissima, urina li inti Ommna: Ghalik jisma t-talb taghna: Gesu twieled ghalina, ried ikun ibnek bhalna.

O Ġesu' tiegħi / Oh, My Jesus

O Ġesu' tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha u għin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.

O Gesu Tieghi / Oh, My Jesus

O Gesu tieghi, ahfrilna dnubietna, ehlisna min-nar ta' l-infern; Hu l-gennal-erwieh kollha, l-aktar dawk li ghandhom bzonn tal-hniena tieghek.

Sliema Ghalik, Sultana / Salve Regina / Hail, Holy Queen
Sliema ghalik, Sultana, omm tal-hniena, hajja, hlewwa u tama taghna, sliem ghalik, lilek inghajtu, ghaliex ahna tturufnati wlied Eva, lilek nitniehdu, ahna li nibku u nolfqu f'dawn il-wied tad-dmugh. Ejja, mela, avukata taghna, dawwar lejna dawk l-ghajnejn tieghek tal hniena.
Urina, wara dan it-turufnament lil Gesu' frott imbierek tal-guf tieghek, o hanina, o pija, o helwa Vergni Marija.
(Itlob ghalina qaddisa Omm Alla. Biex ikun jisthoqqilna dak li weghidna Kristu).

(Skond il-fehma tal-Papa)

The Mysteries of the Holy Rosary

 Il Misteri tat-Ferh /
The Joyful Mysteries :
Jinghadu nhar ta' Tnejn u nhar ta' Hamis
1. L-Ewwel Misteru,
Meta l-Anglu Gabrijel habbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla.
2. It-Tieni Misteru,
Meta Sidtna Marija marret izzur lill-qariba taghha Sta. Elizabetta.
3. It-Tielet Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu twieled fil-Ghar ta' Betlem.
4. Ir-Raba' Misteru,
Meta Sidtna Marija pprezentat lil Binha Gesu' fit-Tempju.
5. Il-Hames Misteru,
Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Gesu', u wara tlett ijiem sabitu jiddiskuta mad-dutturi.

 Il Misteri tad-Dawl /
The Luminous Mysteries :
Jinghadu nhar ta' Hamis
1. L-Ewwel Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu tghammed fix-Xmara
Gurdan.
2. It-Tieni Misteru,
Sidna Gesu' Kristu wera min hu fit-tieg ta' Kana.
3. It-Tielet Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu habbar is-Saltna ta' Alla u
sejjah ghall-indiema.
4. Ir-Raba' Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.
5. Il-Hames Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru tal-Ghid.

 Il Misteri tal-Tbatija /
The Sorrowful Mysteries :
Jinghadu nhar ta' Tlieta u nhar ta' Gimgha
1. L-Ewwel Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu ghamel l-orazzjoni fl-ort u ghereq l-gharaq tad-demm.
2. It-Tieni Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu kien marbiut mal-kolonna u fflagellawh.
3. It-Tielet Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu kien inkurunat bix-xewk.
4. Ir-Raba' Misteru,
Sidna Gesu' Kristu kien mghobbi s-salib minghand Pilatu sal-Kalvarju.
5. Il-Hames Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sighat ta' l-agunija miet.

 Il Misteri tal-Glorja /
The Glorious Mysteries :
Jinghadu nhar ta' Erbgha, s-Sibt u Hadd
1. L-Ewwel Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu qam minn bejn l-imwiet.
2. It-Tieni Misteru,
Sidna Gesu' Kristu tela'
s-sema.
3. It-Tielet Misteru,
Meta Sidna Gesu' Kristu baghat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.
4. Ir-Raba' Misteru,
Sidtna Marija giet imtellgha s-sema bir-ruh u l-gisem.
5. Il-Hames Misteru,
Sidtna Marija giet
inkurunata mit-Trinita' Mqaddsa.

Litany / Litanija Tal-Madonna

Mulej, Hniena,....................Mulej, Hniena
Kristu, Hniena............................Kristu, Hniena
Mulej, Hniena,............................Mulej, Hniena
Kristu, ismaghna,.........................Kristu, ismaghna
Kristu ilqa' t-talb taghna,...............Kristu ilqa' t-talb taghna
Missier Etern Alla,.......................Henn ghalina
Iben Alla li fdejt id-dinja,..............Henn ghalina
Spirtu Mqaddes Alla,......................Henn ghalina
Trinita' Qaddisa Alla wiehed,.............Henn ghalina
Imqaddsa Marija,..........................Itlob ghalina
Imqaddsa Omm Alla,........................Itlob ghalina
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet,..............Itlob ghalina
Omm ta' Kristu,...........................Itlob ghalina
Omm il-Knisja,............................Itlob ghalina
Omm tal-grazzja t'Alla,...................Itlob ghalina
Omm l-izjed safja,........................Itlob ghalina
Omm l-izjed nadifa,.......................Itlob ghalina
Omm u xebba,..............................Itlob ghalina
Omm bla tebgha,...........................Itlob ghalina
Omm li tisthoqq l-imhabba,................Itlob ghalina
Omm ta' l-ghageb,.........................Itlob ghalina
Omm tal-parir it-tajjeb,..................Itlob ghalina
Omm ta' min halaqna,......................Itlob ghalina
Omm ta' min salvana,......................Itlob ghalina
Xebba kollok ghaqal,......................Itlob ghalina
Xebba li tisthoqq kull qima,..............Itlob ghalina
Xebba li tisthoqq kull fohrija,...........Itlob ghalina
Xebba kollok setgha,......................Itlob ghalina
Xebba kollok hniena,......................Itlob ghalina
Xebba dejjem marbuta ma' Alla,............Itlob ghalina
Mera tal-qdusija,.........................Itlob ghalina
Tron ta' l-gherf,.........................Itlob ghalina
Bidu tal-ferh taghna,.....................Itlob ghalina
Ghamara ta' l-Isprtu s-Santu,.............Itlob ghalina
Ghamara ta' kull grazzja,.................Itlob ghalina
Ghamara ta' kull tjieba,..................Itlob ghalina
Warda mistika,............................Itlob ghalina
Torri ta' David,..........................Itlob ghalina
Torri ta' l-avorju,.......................Itlob ghalina
Dar tad-deheb,............................Itlob ghalina
Arka tar-Rabta l-Gdida,...................Itlob ghalina
Bieb tas-sema,............................Itlob ghalina
Kewkba ta' fil-ghodu,.....................Itlob ghalina
Sahha tal-morda,..........................Itlob ghalina
Kenn tal-midinbin,........................Itlob ghalina
Farag ta' l-imnikktin,....................Itlob ghalina
Ghajnuna ta' l-insara,....................Itlob ghalina
Sultana ta' l-Angli,......................Itlob ghalina
Sultana tal-Patrijarki,...................Itlob ghalina
Sultana tal-Profeti,......................Itlob ghalina
Sultana ta' l-Appostli,...................Itlob ghalina
Sultana tal-Martri,.......................Itlob ghalina
Sultana tal-Konfessuri,...................Itlob ghalina
Sultana tal-Vergni,.......................Itlob ghalina
Sultana tal-Qaddidin kollha,..............Itlob ghalina
Sultana mnissla minghajr l-ewwel tebgha,..Itlob ghalina
Sultana mtellgha s-sema,..................Itlob ghalina
Sultana tar-Ruzarju Mqaddes,..............Itlob ghalina
Sultana tal-Familja,......................Itlob ghalina
Sultana tal-Paci,.........................Itlob ghalina
Haruf t'Alla li tnehhi d-dnubiet tad-dinja,.............Ahfrilna, nitolbuk, Mulej
Haruf t'Alla li tnehhi d-dnubiet tad-dinja,.............Ismaghna, nitolbuk, Mulej
Haruf t'Alla li tnehhi d-dnubiet tad-dinja,.............Henn ghalina.

Nitolbu
O Alla, int li ridt, mat-thabbira ta' l-Anglu, l-Iben tieghek isir bniedem fil- guf tal-Vergni Mqaddsa Marija, aghtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkiunu meghjuna mit-talb taghha. Bl-istess Kristu Sidna.
Amen.

San Mikiel Arkanġlu / Prayer to Saint Michael, the Archangel

San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida; kun int l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa. Int l-aqwa fost il-qtajja tas-sema, itfa' bil-qawwa tiegħek fil-qiegħ ta' l-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien ta' l-erwieħ. Amen.

Another version of
Talba LilSan Mikiel Arkanglu / Prayer to Saint Michael, the Archangel

San Mikiel Arkanglu idhol ghalina fit-taqbida, kun int l-ghajnuna taghna kontra l-hazen u t-tnassis tad-demonju; irazznu Alla, nitolbuk bil-herqa; u int, l-aqwa fost il-qtajja tas-sema, itfa’ bil-qawwa t’Alla fil-qiegh ta’ l-infern lix-xitan u l-ispirti hziena l-ohra li jiggerrew fid-dinja ghat-telfien ta’ l-erwieh, hekk ikun.  Amen.

Antifona Lil Vergni 
Qaddisa Vergni Marija
minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.
Int il-bint u l-qaddejja
tas-Sultan il-Kbir
l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema
Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna Gesù Kristu
Int l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Itlob ghalina
ma’ San Mikiel Arkanglu
u mal-qawwiet kollha tas-sema
u mal-qaddsin kollha
Lill-Ghaziz Ibnek l-aktar Qaddis,
Mulej u Mghallem taghna.
Glorja lil Missier u l-Iben
u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien fil-bidu, issa u dejjem.
Amen.

Il-Kredu Niċen-Kostantinopolitan / The Nicene Creed

Nemmen f'Alla wieħed il-Missier li jista' kollox, Ħallieq tas-sema u l-art, u l-ħwejjeġ kollha viżibbli u inviżibbli.

U f'Mulej wieħed Ġesu’ Kristu, l-Iben uniġenitu t'Alla, imnissel minn Missieru qabel kull żmien; Alla minn Alla, Dawl minn Dawl, Alla veru minnn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier; li bih sar kollox.

Għalina l-bnedmin u għas-salvazzjoni tagħna niżel mis-smewwiet, u kien inkarnat mill-verġni Marija bl-Ispirtu s-Santu, u kien magħmul bniedem; mislub, ukoll għalina, taħt Ponzju Pilatu. Bata u kien midfun; u t-tielet jum qam minn bejn l-imwiet skond l-Iskritturi. Tela' fis-smewwiet, u qiegħed fuq il-leminija tal-Missier. U għad jerġa' jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin; is-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

U nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il-Mulej li jagħti l-ħajja, li jipproċiedi mill-Missier u mill-Iben, li hu meqjum u glorifikat flimkien mal-Missier u ma' l-Iben, li tkellem permezz tal-profeti. U nemmen fi knisja waħda kattolika u appostolika; nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet; u nistenna l-qawmien mill-imwiet, u l-ħajja taż-żmien li ġej.

Il-Kredu Atanasjan / Athanatian Creed

1.  Kull min jixtieq ikun salvat, jeħtieġlu fuq kollox iżomm il-fidi Kattolika.

2. Jekk wieħed ma jippriżervahiex perfetta u bla mittiefsa ċertament jintilef għal dejjem.

3. Issa l-fidi Kattolika hi din: inqimu Alla wieħed fi trinita’, u trinita’ f'unita’.

4. bla ma nħawwdu l-Persuni, jew nisseparaw is-sustanza.

5. Għax il-Persuna tal-Missier waħda, ta' l-Iben oħra, u ta' l-Ispirtu s-Santu oħra.

6. Iżda tal-Missier, ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu hemm divinita’ waħda, glorja ugwali u majesta’ ko-eterna.

7. Dak li l-Missier hu, l-istess hu l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.

8. Il-Missier mhux maħluq, l-Iben mhux maħluq, l-Ispirtu s-Santu mhux maħluq.

9. Il-Missier hu bla qies, l-Iben bla qies, l-Ispirtu s-Santu bla qies.

10. Il-Missier hu etern, l-Iben etern, l-Ispirtu s-Santu etern.

11. U madankollu mhemmx tlett eterni, iżda etern wieħed.

12. Hekk ukoll mhemmx tlett esseri mhux maħluqa, lanqas tlett esseri bla qies, iżda wieħed biss mhux maħluq u bla qies.

13. Bl-istess mod il-Missier hu omnipotenti, l-Iben hu omnipotenti, l-Ispirtu s-Santu hu omnipotenti.

14. U madankollu mhemmx tlett omnipotenti, iżda wieħed omnipotenti.

15. Hekk il-Missier hu Alla, l-Iben hu Alla, l-Ispirtu s-Santu hu Alla.

16. U madankollu mhemmx tlett Allat, iżda Alla wieħed.

17. Hekk il-Missier hu Sid, l-Iben hu Sid, l-Ispirtu s-Santu hu Sid.

18. U madankollu mhemmx tlett Sidien, iżda Sid wieħed.

19. Għax bħalma aħna hekk imġegħla mill-verita’ Kristjana nistqarru kull Persuna li hi Alla u Sid, hekk aħna projbiti mir-reliġjon Kattolika milli ngħidu li hemm tlett Allat jew Sidien.

20. Il-Missier ma kien magħmul minn ħadd, lanqas maħluq, lanqas imnissel.

21. L-Iben hu mill-Missier biss, la magħmul, lanqas maħluq, iżda mnissel.

22. L-Ispirtu s-Santu hu mill-Missier u l-Iben, la magħmul, la maħluq u lanqas imnissel, iżda jipproċiedi.

23.Għalhekk hemm Missier wieħed, mhux tlett missirijiet; Iben wieħed, mhux tlett ulied; Spirtu s-Santu wieħed, mhux tlett Spirti s-Santi.

24.U f'din it-trinita’ l-ebda wieħed mhu l-ewwel jew l-aħħar, ebda wieħed ikbar jew inqas.

25. Iżda t-tlett Persuni ko-eterni kollha huma ko-ugwali fosthom infushom; biex hekk kollha għandhom ikunu meqjuma, kif magħdud hawn fuq, kemm unita’ fi trinita’, u trinita’ f'unita’.

26. Għalhekk, min jixtieq ikun salvat għandu jaħseb hekk rigward it-trinita’.

27. Iżda hu meħtieġ ukoll għas-salvazzjoni eterna li jemmen fedelment fl-inkarnazzjoni ta' Sidna Ġesu’ Kristu.

28. Hi għalhekk fidi vera li nemmnu u nistqarru li Sidna Ġesu’ Kristu hu kemm Alla kif ukoll bniedem.

29. Hu Alla, iġġenerat mill-eternita’ mis-sustanza tal-Missier; bniedem, imwieled fiż-żmien mis-sustanza ta' ommu.

30. Alla perfett, bniedem perfett, b'ruħ raġonevoli u ġisem uman.

31. Ugwali mal-Missier rigward id-divinita’ tiegħu, inqas mill-Missier rigward l-umanita’ tiegħu.

32. Għalkemm hu Alla u bniedem, mhux tnejn iżda Kristu wieħed.

33. Iżda wieħed, mhux mill-konverżjoni tad-divinita’ tiegħu għall-ġisem, iżda mill-assunzjoni tal-umanita’ tiegħu f'Alla.

34. Wieħed, b'ebda mod minħabba taħlit ta' sustanza, iżda minħabba l-unita’ tal-persuna.

35. Għax bħalma ruħ raġonevoli u ġisem hu bniedem wieħed, hekk Alla u bniedem hu Kristu wieħed.

36. Hu bata għas-salvazzjoni tagħna, niżel f'Ħades, it-tielet jum qam minn bejn l-imwiet.

37. Tela' fis-smewwiet, qiegħed fuq il-leminija t'Alla l-Missier omnipotenti, minn fejn għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin.

38. Mal-miġja tiegħu l-bnedmin kollha jqumu bil-ġisem tagħhom, u jagħtu kont ta' l-egħmejjel tagħhom.

39. U dawk li jkunu għamlu t-tajjeb imorru fil-ħajja eterna; dawk li jkunu għamlu l-ħażen fin-nar etern.

40. Din hi l-fidi Kattolika: jekk bniedem ma jemminhiex fedelment u fis-sod, ma jistax ikun salvat.



Creative Commons License
The contents of this webpage are licensed under a Creative Commons Attribution 3.0 License.
Valid HTML 4.01 Transitional
(this is the bottom of page)